YFA Statute

Attention: open in a new window. PDFPrintE-mail

 

 

 

STATUT 

Stagun 2012-2013

(VERZJONI AGM 22.06.2012)

 

alt

 

YFA Statute and Competition Rules

STATUT - Stagun 2012-2013

1. Isem:-

 Din l-Ghaqda jisimha “THE YOUTH FOOTBALL ASSOCIATION” (THE Y.F.A.) u hija membru tal-Malta Football Association (M.F.A.).

 2. Skop:-

L-Ghaqda tharreg iz-zghazagh fl-Edukazzjoni Fizika, Kultura u Morali. L-Ghaqda hija wkoll responsabbli biex torganizza Festivals, Tournaments u Kompetizzjonijiet tal-Futbol fil-Gzejjer Maltin ghat-tfal taht it-tmintax il-sena.

 3. Kostituzzjoni:-

“The Youth F.A.” titmexxa minn Kunsill elett fil-Laqgha Generali Annwali.

 4. Responsabbilta’:-

 Il-Kunsill huwa responsabbli ghall-policy generali ta’ “The Youth F.A.” skond ir-regolamenti tal-M.F.A. kif ukoll ghat-tmexxija tal-Kompetizzjonijiet.

 5. Kunsill:-

Il-Kunsill ikun kompost hekk:-

a)   President li ma jkollu l-ebda konnessjoni ma' xi klabb imsieheb, proponut u elett mill membri eligibli għal vot fil-Laqgha Generali Annwali.

b)   Zewġ Vici Presidenti li ma jkollhom l-ebda konnessjoni ma' xi klabb imsieħeb, proponuti w eletti mill membri eligibli għal vot fil-Laqgħa Generali Annwali.

c)    Segretarju Generali li ma jkollhom l-ebda konnessjoni ma' xi klabb imsieħeb proponut u elett mill membri eligibli għal vot fil-Laqgħa Generali Annwali.

d)    Tezorier Onor. li ma jkollhom l-ebda konnessjoni ma' xi klabb imsieħeb proponut u elett mill membri eligibli għal vot fil-Laqgha Generali Annwali.

e)    Hames membri nominati mill-klabbs membri w eletti mill membri eligibli għal vot ghall-perjodu ta' sena mill-Laqgha Generali Annwali.

 f) Il-President ta’ l-Assocjazzjoni WARA L-LAQGHA GENERALI ANNWALI GHANDU D-DRITT LI JRESSAQ Ghall- approvazzjoni l-isem/ ISMIJIET  tal- membri newtrali ghal dak l-istagun. Id-dmir ta’ kull membru newtrali filwaqt li jigi moghti settur ta tmexxija, ghandu ir-risponsabilitajiet li jmexxi fuq id-direzzjoni ta’ policies,  moghtija mill-Assocjazzjoni. Il-membri newtrali ghandhom obbligu wkoll li jghinu lill-ufficjali ta’ l-Assocjazzjoni skond il-htiega.

Il-President ghandu d-dritt li jista’ jibdel id-doveri jew iwaqqaf il-funzjoni ta’ membru newtrali, skond il-htiega ta’ l-Assocjazzjoni U DAN MINGHAJR BZONN TA’ SPEJGAZZJONI.

 

g)    Il-Kunsill għandu d-dritt li jahtar osservatur / osservaturi ghall sena jew kemm jidhirlu li hemm bzonn, biex dawn jattendu ghall-laqghat tal-Kunsill. Din il-persuna / persuni mhux eligibbli ghal vot. Il-Kunsill ghandu d-dritt li jahtar jew jirtira mill-Kunsill osservatur/i, meta jew skond kif jidhirlu l-istess Kunsill.

h)   Il-membri kollha tal-Kunsill huma marbuta li ma jistgħux joħorġu informazzjioni / deċiżjonijiet ta’ dixxiplina, jew informazzjoni sensittiva, jekk mhux awtorizzati mill-President. Kull informazzjoni uffiċjali li toħroġ bil-miktub mis-Segretarju jew mis-segretarjat tal-YFA, bil permess tal-President jew tas-Segretarju Ġenerali. F’każ li jinkiser dan ir-regolament, tittieħed kull dixxiplina mill-kunsill, kontra dak il-membru / membri skond il-gravita tal-każ.

Fil-każ ta' a), b), c) u d) dawn jiġu eletti għal perjodu ta' sentejn.

6. Rapprezentanti fl-M.F.A.:-

a.       Fl-ewwel seduta tal-Kunsill wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali jiġu magħtura żewġ persuni mill-istess Kunsill biex iservu bħala rappreżentanti ta’ l-Għaqda fi ħdan il-Kunsill tal-M.F.A. Fl-istess seduta, il-Kunsill irid jaħtar ukoll tlett persuni biex jirrappreżentaw lill-Għaqda fi ħdan l-M.F.A. ‘Youth and Grassroots Committee'. Il-persuni maħtura jistaw ikunu l-istess li ġew innominati għall-Kunsill tal-M.F.A.

b.      Il-M.F.A. tagħti d-dritt u l-privileġġ lil “The Youth F.A.” biex wieħed miż-żewġ rappreżentanti tagħa fi ħdan il-Kunsill tal-M.F.A. jkun ukoll fl-Eżekuttiv tal-istess M.F.A.

c.       Ebda membru tal-Kunsill ta’ “The Youth F.A.”, li huwa mpjegat bħala part-time jew full time tal-M.F.A., ma jista’ jkun rappreżentant fl-Eżekuttiv / Kunsill / membru ta’ xi Board jew delegat fl-M.F.A. f’isem il-Youth F.A.

7. Seduta Generali:-

Is-Seduta Generali Annwali hija l-ogħla Awtorita’ f’ “The Youth F.A.” Il-Laqgħa Ġenerali Annwali għandha ssir sa mhux aktar tard mill 25 ta’ Gunju jew skond il perjodu mogħti mill-M.F.A. dwar zmien biex jissejhu Laqgħat Generali Annwali ta’ dawk affiljati.

a)     Jistghu jattendu biss:

            (i) L-Ufficjali ta’ l-Ghaqda.

            (ii) Membri tal-Kunsill prezenti.

(iii) Delegat ta' kull klabb li jkun gie approvat mill-Ghaqda skond Artikolu 9 ta’ l-Istatut.

            (iv) Osservatur / Osservaturi approvati mill Kunsill.

            (v)   Media approvata mill Kunsill.

b)     Jistghu jivvotaw biss:     

            (i) L-Ufficcjali ta’ l-Ghaqda.

            (ii) Membri tal-Kunsill.

            (iii) Delegat ta' kull klabb approvat mill-Ghaqda skond Artikoku 9 ta’ l-Istatut.

c)      Il-Quorum għas-Seduta Generali jkun ta' hamsin fil-mija (50%) tad-delegati eligibbli li jivvotaw, pero wara nofs siegħa mill-hin iffissat ghas-seduta, s-seduta ssir bid-delegati prezenti.

d)     Kwalunkwe klabb, nursery, associate member, associate member 2 li ma jkunx rapprezentat mid-delegat tieghu waqt il-Laqgha Generali jigi mmultat € 25.

e)     Il-Laqgha Generali tigi mmexxija fuq l-Istanding Orders applikati ghall-laqghat Generali tal-Malta Football Association.

 

8. Affiljazzjoni tal-Klabbs u Delegati:-

L-Affiljazzjoni tal-Klabbs fi hdan l-Ghaqda hija maqsuma hekk:

a)     Full members - Dawk il-klabbs / Nurseries li huma affiljati fi hdan l-M.F.A.

b)     Founder members - Dawk il-klabbs li hadu sehem fl-istagun 1982/83 u ghadhom ghaddejjin bil-partecipazzjoni taghhom. Meta Founder Member jieqaf mill-partecipazzjoni tieghu fl-Ghaqda ghal zewg staguni konsekuttivi, jitlef id-dritt li kellu bhala Founder Member.

c)      Associate Member - Dawk il-Klabbs li mhumiex fil-kategorija ta' full jew founder member fl-Ghaqda. Klabb li jixtieq jiehu sehem f'kompetizzjoni ta’ l-Ghaqda jrid jkollu r-rakkomandazzjoni u permess bil-miktub tal-M.F.A. Parent Club tal-lokal (Form 06). Il-Klabb tal-M.F.A. ma jistax jichad din ir-rakkomandazzjoni jew permess minghajr raguni valida.

Klabbs / Nurseries ghandhom japplikaw (Form 01) sabiex isiru membri tal-Ghaqda qabel il-15 ta' Gunju jew sad-data stipulata mill-Kunsill.

Dak il-klabb jew tim accettat mill-Ghaqda sabiex jiehu sehem fil-kompetizzjoni irid jaghmel il-hlasijiet dovuti sa mhux aktar tard mid-data stipulata mill-Kunsill. Fin-nuqqas ta' dan, il-klabb ma' jithallix jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet / festivals.

Delegati ta' klabbs li ma jkunux ghamlu l-hlasijiet dovuti kollha ma jkollhomx dritt ghal vot waqt il-Laqgha Generali.

d)     Associate Member 2 - Dawk il-klabbs li mhumiex f’ kategorija a), b) u c). Klabbs / Nurseries li jixtiequ jiehdu sehem f’kompetizzjoni jew festivals ta’ l-ghaqda jrid ikollu dikjarazzjoni ta’ responsabbilta’ bil-miktub tal-Kunsill Lokali.

9. Nominazzjonijiet tad-delegati tal-Klabbs affiljati:-

Klabbs / Nurseries approvati mill-Kunsill sabiex isiru membri fl-Ghaqda ghandhom jinnominaw delegat u sostitut delegat ghall-approvazzjoni tal-Kunsill sa tmint (8) ijiem qabel is-Seduta Generali Annwali (Form 03).

L-ebda persuna ma tista' tidher bhala delegat tal-klabb quddiem il-Kunsill jekk ma ssirx talba bil-miktub mill-klabb ikkoncernat ghaxart (10) ijiem qabel lil-Kunsill, liema talba tista' ma' tkunx milqughha.

 10. Nominazzjonijiet ghall-hatra fil-Kunsill:-

Klabbs affiljati ma’ l-Ghaqda ghandhom jinnominaw persuna ghall-kariga ta':

a)     President (li ma jkollu ebda konnessjoni ma' xi klabb).

b)     Zewg Viċi-Presidenti (li ma jkollu ebda konnessjoni ma' xi klabb).

c)      Segretarju Generali (li ma jkollu ebda konnessjoni ma' xi klabb).

d)     Tezorier Onor. (li ma jkollu ebda konnessjoni ma' xi klabb).

e)     Membru sabiex jikkontesta l-elezzjoni ghall-hatra tal-membri fil-Kunsill.

In-nominazzjonijiet ghandhom isiru bil-miktub (Forms 04 u 05) u mibghuta lis-Segretarju ta’ “The Youth F.A.” sa mhux aktar tard mill hmistax (15) il-gurnata qabel il-Laqgha Generali jew sad-data stipulata mill-Kunsill.

Kull persuna nominata trid taccetta n-nominazzjoni taghha permess ta' nota fuq l-istess nominazzjoni.

Kull nominazzjoni trid tigi approvata mill-Kunsill. Il-Kunsill ghandu d-dritt li jirrifjuta nominazzjoni minghajr ma' jaghti raguni.

 11. Tregija ta’ l-Għaqda:-

L-Ghaqda ghandha jkollha l-Ezekuttiv taghha kompost mill-President, Zewg Vici-Presidenti, Segretarju Generali u Tezorier Onor. L-Ezekuttiv ghandu l-poter illi f'kaz t'urgenza jew bzonn jiltaqa' biex jiddiskuti u jiddeciedi kwalunkwe materja li tkun tehtieg decizjoni malajr.

Fil-laqghat tal-Kunsill, il-President jew min ikun qed imexxi s-seduta jkollu d-dritt ghal Casting Vote biss. L-Ufficcjali l-ohra w il-membri tal-Kunsill ikollhom vot kull wiehed. Il-Kunsill ghandu d-dritt li jahtar Assistent ghas-Segretarju, ghat-Tezorier u /jew P.R.O. skond il-bzonn. Dawn il-persuni jistghu jigu mahtura minn fost il-membri tal-Kunsill jew jigu co-opted.

 12. Is-Segretarju Ġenerali:-

Is-Segretarju ghandu jzomm il-minuti tas-seduti, jiehu hsieb il-korrispondenza kollha tal-Assocjazzjoni u jmexxi x-xoghol ta’ l-Ghaqda skond id-direzzjoni tal-Kunsill. Hu ghandu jifformula l-agenda tas-seduti kif jindikalu l-President u jiccirkolha lill-membri tal-Kunsill.

 13. It-Tezorier:-

It-Tezorier ghandu jzomm il-kontijiet kollha tal-Assocjazzjoni, jirregistra d-dhul u hrug tal-flus, u jirraporta kull tlett xhur il-posizzjoni finanzjarja lill-Kunsill. Hu ghandu jipprezenta, flimkien ma’ l-Awditur / Cerfied Public Accountant, Balance Sheet u Income and Expenditure Account li jkunu approvati fis-Seduta Generali Annwali. Il-flus tal-Assocazzjoni ghandhom jigu depositati f'Bank li jiddeciedi l-Kunsill. Il-Laqgha Generali Annwali ghandha tahtar Awditur / Cerfied Public Accountant sabiex jezaminaw u jivverifikaw il-kontijiet ta’ l-Assocjazzjoni.

 14. Il-Viċi Presidenti:-

Il-Vici-Presidenti ghandhom jaghmlu x-xoghol tal-President meta ma jkunx prezenti.

 15. Players għandhom josservaw ir-regolamenti

a)     Players li jiehdu parti fil-kompetizzjoni tal-futbol organizzati minn ”The Youth F.A.” ghandhom l-obbligu li josservaw ir-regolamenti ta’ ”The Youth F.A.” u Malta F.A.. Koppja tar-regolamenti ghandha tkun prezenti f’kull klabb / nursery li qed jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet / festivals / tournaments tal-Assoccjazzjoni.

b)   Il-players kollha ta’ ”The Youth F.A.” huma avzati li huma amateurs u sakemm jaghlqu dsatax-il sena (19) ma jistghux jaqilbu l-istatus taghhom ghal non amateur. Konsegwentament il-players ma jistghux jircievu direttament jew indirettament flus u / jew konsiderazzjonijiet ohra konnessi ma trasferimenti taghhom minn klabb / nursery ghal iehor u lanqas li jircievu flus u / jew konsiderazzjonijiet ohra direttament jew indirettament tas-servizz li jaghtu lill-klabb / nursery, hlief dak li huma intitolati ghalih bir-regoli tal-FIFA u l-MALTA F.A.

16. Kumitati tan-Nurseries:-

a)     Kull klabb affiljat ghandu jahtar kumitat u jibghat il-lista tal-membri (Form 02) kollha bl-indirizzi taghhom, in-numru ta’ I.D. Card u n-numru tat-telephone, lill-Kunsill ghall-approvazzjoni mhux aktar tard mid-data stipulata mill-Kunsill permezz ta’ cirkulari. Il-Kunsill ghandu d-dritt u l-poter li joggezzjona ghal xi persuna li sservi fil-kumitat minghajr ma jaghti spjegazzjonijiet ghall-oggezzjoni.

b)     Il-Kunsill ta’ “The Youth F.A.”, meta jhoss il-bżonn jew bhala parti minn rutina, jista’ jitlob li jkunu murija jew ippreżentati minuti tal-laqghat, rapporti amministrattivi / rapporti finanzjarji, minn nurseries / klabbs assocjati, dan biex ikun imhares ahjar l-interess generali ta’ kull nursery / klabbs. Dawk in-nurseries / klabbs li jonqsu minn dan mitlub, jittiehdu passi dixxiplinarji skond kif jidhirlu l-Kunsill ta’ “The Youth F.A.”

c)      Kumitat tan-nursery / klabb mill-anqas irid ikun kompost minn President, Segretarju, Tezorier u Membru. F’kaz ta’rizenja ta’ President, Segretarju, Tezorier u Membru dak il-post ghandu jimtela f’zmien xahar. Kull tibdil fil-kumitat irid jigi nfurmat bil-miktub, lis-Segretarju Generali ta’ “ The Youth F.A.”, sa mhux aktar tard minn xahar wara. Bi ksur ta’ dan ir-regolament il-Kunsill ghandu l-poter li jiehu passi dixxiplinarji skond kif jidhirlu l-istess Kunsill.

d)     Sa mhux aktar tard mill 15 ta’Awissu in-nurseries / klabbs affiljati ghandhom jinfurmaw bil-miktub lis-Segretarju Generali ta’ “The Youth F.A.”, meta se jzommu l-laqgha Generali Annwali, jew l-ewwel laqgha tal-kumitat ghall l-istagun kurrenti. Il-Kunsill ta’ “The Youth F.A.” jista’ jibghat rapprezentant tieghu f’din il-laqgha. Dawk li jonqsu minn dan, jistghu jigu mmultati skond kif jidhirlu l-Kunsill.

e)     Dawk il-Klabbs/nurseries li jonqsu li jonoraw id-dati moghtija fic-cirkularijiet, il-kunsill ghandu d-dritt li jiehu passi dixxiplinarji, jimmulta jew jiehu kwalunkwe mizuri ohra skond kif jidhirlu l-istess Kunsill skond l-importanza tac-cirkulari.

f)        Kull nursery obbligata li jkollha Statut. Kopja ta’ l-Istatut ghandha tkun moghtija lill-Assocjazzjoni (The YFA) kif ukoll kull meta jsiru Emendi kopja taghhom ghandhom jigu mibghuta lill Assocjazzjoni.

g)     Fil-bidu ta-kull staġun għandu jitwaqqaf sotto-kumitat, iffurmat minn Chairman u segretarju maħtura minn fost il-Kunsill ta’ The Youth F.A., kif ukoll jiġu magħżula minn nurseries, żewġ (2) persuni minn kull sezzjoni tal-kampjonat U/17 – U15 biex jilteqgħu u jiddiskutu l-andament tal-kampjonati u affarijiet relatati matul dk l-istaġun. Dan il-kumitat / kumitati għandhom ta’lanqas iżommu żewġ (2) laqgħat matul dak l-istaġun. Huma jkunu obbligati li jibgħatu rapport tal-laqgħat lill-Kunsill ta’ The Youth F.A.

 17. Attendenza għas-Seduti:

Jekk xi membru tal-Kunsill jonqos li jattendi tlett (3) seduti konsekuttivi jew hames (5) seduti f'perjodu ta' tlett (3) xhur minghajr raguni ggustifikata, jigi kkunsidrat li spicca mill-istess Kunsill.

18. Bordijiet u Sotto Kumitati:-

Il-Kunsill ghandu d-dritt jahtar bordijiet u sotto-Kumitati skond il-bzonn u jista' jahtar fihom membri minn barra l-Kunsill. Persuna nnominata ghall-Bord u / jew sotto-Kumitat li jkollha nteress partikolari anki jew mhux dirett f'xi kaz ghandha tigi eskluza mill-istess Bord jew sotto-kumitat f'dak il-kaz partikulari.

Meta l-Kunsill jaghti lil xi Bord jew sotto-kumitat dritt sabiex jaghmel xi decizjonijiet (apparti l-Protest Board) dawn ma jkunux effettivi qabel ma jkunu approvati mill-Kunsill.

19. Prezenza tal-Ufficjali tal-Loghba quddiem il-Kunsill:-

Il-Kunsill ghandu d-dritt jigbor l-informazzjoni data kollha necessarja minghand il-klabbs membri sew ta’plejers, dirigenti w coaches li jipparticipaw jew ikunu membri fi hdan l-Assocjazzjoni. L-istess persuni jaccetaw li data taghhom tista tintuza mill-Kunsill biex tinghata lil terzi persuni b’konnessjoni mal hidma jew direzzjoni ta’ l-istess Assocjazzjoni, skond kif jitlob id-Data Protection Act 2001.

20. Assenti quddiem il-Kunsill:-

Meta delegat ta' Klabb ma jattendix quddiem il-Kunsill jew ghal-Laqgha msejha mill-Kunsill, il-klabb jigi mmultat € 10 u l-Kunsill ghandu l-poter li jipprocedi bil-kaz anke fl-assenza tad-delegat.

 21. Dixxiplina tal-Players:-

a)     Id-dixxiplina tal-players rapportati mir-referee dwar incidenti fil-ground ghandha ssir minn Kummissarju tad-Dixxiplina li jigi appuntat mill-M.F.A.

b)     F’Kaz ta' bzonn ghandu jinhatar Sostitut Kummissarju tad-Dixxiplina. Il-Kummissarju tad-Dixxiplina jew Sostitut tieghu ghandu jimxi mal-Kodici tad-Dixxiplina ta’ “The Youth F.A.” jew M.F.A. skond kif jiddeciedi l-Kunsill qabel jibda l-istagun.

c)      Il-Kunsill ta’ “The Youth F.A.”, il-Board, jew xi persuna li jkun, jew tkun mahtur/a mill-kunsill tal-YFA, ghandu/ghandha dritt li jiehu/tiehu passi dixxiplinari skond il-htiega fuq affarijiet il mhux mehuda mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.

 

22. Protesti:-

a) Protesti dwar loghbiet ghandhom isiru bil-miktub u jaslu ghand is-Segretarjat ta’  ‘The Youth FA’ fi zmien jumejn (2) mid-data tal-loghob (Hdud u Festi eskluzi) fil-granet u hinijiet tal-ftuh ta’ l-Assocjazzjoni. Ghandha ssir talba wahda (1) originali  ffirmata mis-segretarju tan-nursery fejn fiha ghandu jghati raguni b’referenza specifika tar-regolament/i miksur/a, u ghaliex qed isir il protest, flimkien ma depozitu ta’ €70 li dan jintilef jekk il-protest ma jigix milqugh.

b) Fil-Kaz li l-protest jigi milqugh, il-Club/nursery jinghataw lura €50, wara li tkun inzammet €20 administration fee.

c) Il-Protest Board ghandu d-dritt li jirrakkomanda lill-Kunsill biex tittiehed azzjoni kontra dik in-nursery li fl-opinjoni tieghu tkun kisret parti mill-Istatut jew il-Competition Rules, apparti d-decizzjoni mehuda mill-Protest Board fuq il- kaz inkwistjoni.

d) Protesti dwar “Technical Error” ghandu jsir ghand is-Segretarjat ta’ The Youth F.A., bil proceduri kollha ta’ Protest kif jidhru fi 22a. Il YFA tirreferi l-każ biex jinstema mill-Board maħtur mill-Malta Football Assocation.

 

 

23. Hlas:-

Il-hlas ghal partecipazzjoni u depozitu fil-Kompetizzjoni / Festivals:

Partecipazzjoni Fil-Kompetizzjoni - U/17 u U/15 € 140

Partecipazzjoni Fil-Kompetizzjoni - U/11 u U/13   € 140

Depozitu ta’ € 140 (Full - Founder Member) ghal kompetizzjoni U/17 u U15 u festivals.

Depozitu ta’ € 70 (Associate Member u Associate Member 2).

 Id-depozitu jigi moghti lura fl-ahhar ta’ l-istagun kemm il darba il-klabb / nursey / associate member / associate member 2 ikun temm l-impenji kollha tieghu ma’ l-Ghaqda f'dik il-kompetizzjoni u / jew Festival u ma jkunx hemm xi pagamenti dovuti lill-Ghaqda pendenti, kif ukoll il-darba jiddeciedi li ma jibqax aktar membru fi hdan l-Assocjazzjoni.

Hlasijiet pendenti ghandhom isiru skond id-data stipulata mill-Kunsill ta’ “The Youth F.A.” jew mit-Tezorier Onorarju ta’ “The Youth F.A.”

 

24. Partecipazzjoni tal-Klabbs fi ħdan il-“The Youth F.A.”

Kull belt jew rahal jista' jkollu klabb wiehed partecipant ta’ “The Youth F.A.” apparti fil-kaz tal-Founder Members. Dak il-klabb li jirtira t-tim tieghu mill-kompetizzjoni u / jew Festival tal-Futbol matul l-istagun, awtomatikament:-

 

a)     Fil-kaz ta’ l-Under 15 jew Under 17 jigi mmultat is-somma ta’ € 233, filwaqt li jkun mitlub jaghmel garanzja ta’ € 233 għall-istagun ta’ wara, apparti passi dixxiplinari ohra li jidhirlu xieraq il-Kunsill.

b)     Fil-kaz ta’ l-Under 11 jew Under 13 jiġi mmultat is-somma ta’ € 117, filwaqt li jkun mitlub jaghmel garanzja ta’ € 233 għall-istagun ta’ wara, apparti passi dixxiplinari ohra li jidhirlu xieraq il-Kunsill.

Tim li jaghti zewg walkovers minghajr raguni gustifikata u / jew jinstab hati t'ingann serju mill-Kunsill, jista' ma' jithalliex jiehu sehem fl-istagun ta' wara f'dik il-kompetizzjoni partikolari apparti mizuri ohra dixxiplinari skond kif jidhirlu xieraq il-Kunsill.

 

25. Emendi għal dan l-Istatut:-

Emendi jew tibdil ta' dawn ir-regolamenti jistghu jitressqu fis-Seduta Generali Annwali jew f'seduta Generali straordinarja msejha apposta. L-emendi ghandhom jintbaghtu bil-miktub u jaslu ghand is-Segretarju ta' l-Ghaqda hmistax-il gurnata (15) qabel id-data tas-Seduta Generali. Dawn l-emendi jistghu isiru biss mill-klabbs affiljati u / jew mill-Kunsill.

 

26. Votazzjoni Ghall-Emendi ta’ L-Istatut:-

Emendi jew tibdil lil dan l-Istatut jistghu jsiru biss bl-approvazzjoni ta' mhux inqas minn zewg terzi (2/3) tad-delegati u membri tal-Kunsill li jivvotaw f'seduta Generali.

 

27. Timijiet Nazzjonali:-

“The Youth F.A.” bi ftehim mal-Kumpless Tekniku ta’ l-M.F.A. f'Ta' Qali ghandha timpenja ruhha fl-Amministrazzjoni, preparazzjoni li jkollhom it-timijiet Nazzjonali taht id-dsatax-il sena (19).

 

28. Kowc Kwalifikat:-

Timijiet li jiehdu parti fil-kompetizzjonijiet tal -”The Youth F.A.” iridu jkunu kkowcjati minn Kowc Kwalifikat mill-M.F.A. Technical Centre skond kif jitolbu r-regolamenti għall-għoti ta’ liċenzji lin-Nurseries maħruġa mill-MFA. Il-Kunsill jista joġġezzjona jew iwaqqaf is-servizz mogħti minn coach għal raġunijiet li jidhirlu l-istess Kunsill mingħajr ma’ jgħati spjegazzjoni.

 

29. Laws of the Game:-

Il-Loghob kollu organizzat minn din l-Assocjazzjoni ghandu jsir skond il-Laws of the Game approvati mill-F.I.F.A.

 

30. Passi Legali:-

Ebda klabb, player, membru tal-kumitat jew tal-Kunsill ma' jista' jiehu passi legali kontra xi decizjoni tal-Kunsill jew ufficjal tal-loghba minghajr il-permess tal-Kunsill bil-miktub. Min jikser din ir-regola jista' jigi mnehhi mill-Assocjazzjoni.

 

31. Avukati u Prokuraturi Legali:-

Ebda avukat jew prokuratur legali ma jista' jkun delegat ta' Klabb / nursey / associate memeber / associate member 2 / ta’ “The Youth F.A.”, jekk ma jkunx jokkupa l-kariga ta' President jew Segretarju ta' dak il-klabb / nursery / associate member / associate member 2 /, mill-inqas xahar qabel l-ewwel dehra tieghu quddiem il-Kunsill fil-kariga ta' delegat.

 

32. Imħatri:-

Ebda ufficjal tal-Assocjazzjoni jew klabb, referee jew players ma' jistghu jilaghbu mhatri dwar loghob tal-futbol.

 

33. Players imsejha mat-Timijiet Nazzjonali:-

Players maghzula ghat-tahrig u partiti tat-timijiet Nazzjonali jridu jattendu skond id-direttivi tal-KowċNazzjonali. Players li ma jattendux u l-klabb taghhom jigu ddixxiplinati mill-Kunsill skond il-gravita‘ tal-kaz.

Dawk it-tims li jkollhom aktar minn zewġ (2)plejers imsejħa biex jilgħabu f’xi tim nazzjonali jiġu ezentati mill-fixtures, izda dawk it-tims li kollhom zewġ (2) plajers jew anqas iridu jilgħbu l-fixture oriġinali kif tkun ħarġet dan jekk ma jkunx hemm deċizzjoni oħra mill Kunsill ta’ The YFA.

 

34. Responsabbilita’ tal-Klabbs dwar partitarji, eċċ:-

(a)   Il-Klabb / nursey / associate memeber / associate member 2 / huwa responsabbli ghall-imgieba tal-partitarji, players u ufficjali, u ghandu d-dover li l-kumitat jiehu l-mizuri kollha biex jipprotegi l-ufficjali u jzomm il-buon ordni waqt u wara il-loghba. Il-Kunsill jiehu mizuri drastici kontra klabb / nursey / associate member / associate member 2 / li ma jobdix din ir-regola.

(b)   Persuna li tkun akkużata quddiem il-Qrati bi ksur ta’ xi liġi fil-konfront ta’ tfal ta’ taħt l-eta’ u li ma tiġix dikjarata liberata f’dak il-proċess ma tistax tieħu sehem fi ħdan l-Assoċjazzjoni (The Youth F.A.) jew bħala Kowċ jew assistent tiegħu jew tokkupa xi responsabbilita’ oħra kemm diretta u kemm indiretta f’Nursery membru ta’ The Youth Football Association.

       L-Association għandha iżomm reġistru li jkun aċċessibli għall-membri fejn persuni li jaqgħu taħt il-kategorija fuq imsemmija jiġu reġistrati skond informazjoni aċċessibli għall-pubbliku.

       Kull nursery li jikser din ir-regola jeħel għal kull ksur sospensjoni u / jew tkeccija u/ jew multa sa elfejn tlett mija u tletin ewro (€ 2330) ,jew skond kif jidhrillha ‘The Youth F.A.’.

 

35. Ksur tar-Regolamenti, mgieba hazina, ecc:-

(a) F'kaz li xi klabb, player, ufficcjal jew membru jigi misjub hati ta' ksur ta' dawn ir-regolamenti, Laws of the Game, Competitions Rules jew imgieba hazina ohra, il-Kunsill ghandu l-poteri li jkecci mill-Assocjazzjoni lil min jinsab hati, jissospendi ghal perjodu ta' zmien, jimmulta u / jew jiehu kwalunkwe mizura ohra li l-Kunsill jidhirlu li hi adekwata.

 (b) Ksur ta’ regolamenti dwar Stewards:-  Dixxiplina inkonnessjoni ma’ Stewards tkun skond ir-regolamenti ‘Struzzjonijiet / Proċeduri / Dixxiplina Stewards’ maħruġa mill-Kunsill ta’ The Youth F.A.

 36. Aġenda tas-Seduta Ġenerali Annwali:-

L-Agenda tas-Seduta Ġenerali Annwali għandha tkun hekk:-  

   1) Qari tal-Minuti.

   2) Rapport Amministrattiv.

   3) Qari u approvazzjoni tal-Balance Sheet.

   4) Elezzjoni ghal hatra ta' President, zewg Viċi-Presidenti,

        Segretarju Ġenerali u Tezorier Onor.

   5) Elezzjoni għal-ħatra ta' ħames membri tal-Kunsill.

   6) Ħatra ta' l-Awdituri.

   7) Emendi għall-Istatut.

   8) Mozzjonijiet.

Is-Segretarju għandu javza lill-klabbs bid-data u l-ħin tas-Seduta Ġenerali Annwali mill-inqas ħamest (5) ijiem qabel id-data tas-Seduta. Ma' l-aġenda għandhom jintbagħtu l-listi tan-nominazzjonijiet li jkunu saru għall-ħatra tal-Kunsill il-ġdid.

 

37. Rizenji mill-Kunsill:-

F'Kaz ta' rizenji tal-membri tal-Kunsill dawn jimtlew mill-persuna li tkun gabet l-aktar ghadd ta' voti fost il-kandidati li ma gewx eletti fl-aħħar elezzjoni. Fin-nuqqas ta' dan issir seduta generali ghall-elezzjonijiet. F'kaz ta' rizenja tal-President dan jigi ssostitwit permezz ta' elezzjoni f'seduta generali apposta fi zmien xahrejn.

 

38. Xoljiment ta' l-Assocjazzjoni:-

F'kaz ta' xoljiment ta' l-Assocjazzjoni x’jigri mil-bilanc finazjarju u l-propjeta’ ta' l-Assocjazzjoni għanda tiddeċiedi is-seduta Generali tax-xoljiment wara li jitħalsu d-drittijiet dovuti lil klabbs membri jew membri oħra.

 

 

39. Applikazzjoni tar-Regolamenti u Proċeduri ta' l-M.F.A.:-

Kwalunkwe haga li tigi quddiem il-Kunsill jew Bord maħtur mill-Kunsill li mhix imdahhla f'dan l-istatut ghandhom jintuzaw ir-regoli u l-procedura applikata fil-Malta F.A.

 

Verzjoni Ufficjali mahruga mill-Youth FA, hekk kif approvat mill-Laqgha Generali Annwali 22 ta’ Gunju 2012

 

                                                                                                                                                Joe Micallef

                                                                                                                                                Segretarju Generali YFA

                                                                                                                                                alt